‘Minn Hawn Għal Hemm’ huwa l-programm il-ġdid ta’ Net FM li se jkun qed jixxandar fil-ħin tad-drive time – mit-3:30pm sal-5pm – u li se jgħaqqad divertiment, mużika u diskussjoni b’mod rilassat u frisk.
Chanelle u Randell, żewġ preżentaturi b’karattru u ċajt naturali, jiġbdu l-attenzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ semmiegħa.
Kull programm se jinkludi taħdit fuq suġġetti attwali, stejjer li jiġbdu l-attenzjoni, partijiet interattivi, u ħafna daħk.
Kemm jekk qed tisma’ fil-karozza jew fuq ix-xogħol, ‘Minn Hawn Għal Hemm’ se jagħmel dan il-ħin tal-ġurnata aktar ħfief u pjaċevoli.
//= $special ?>