Ambjent Lokali

Bajja oħra tingħalaq minħabba żbroff ta’ “ilma maħmuġ”

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm mhux rakkomandat fil-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn minħabba żbroff ta’ ilma maħmuġ fil-viċinanza tal-latrini pubbliċi.

Dan jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.

L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali (EHOs) bħalissa qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni.

F’dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.