Inter ……………….. 0
Fluminese ………… 2
Inter: Y.Sommer, M.Darmian, S.de Vrij, A.Bastoni, D.Dumfries, N.Barella, K.Asllani, H.Mkhitaryan, F.Dimarco, L.Martinez, M.Thuram
Fluminese: Fabio, S.Xavier, Ignacio, T.Silva, J.Freytes, Rene, F.Bernal, J.Arias, Nonato, M.Martinelli, G.Cano
Referee: I.Barton
Inter għalqu l-istaġun tagħhom b’disfatta oħra u mingħajr l-ebda trofew hekk kif kienu eliminati fil-fażi tal-aħħar sittax tal-FIFA Club World Cup mit-tim Brażiljan ta’ Fluminese, bl-iskor ta’ 2-0.
Fluminese fetħu l-iskor wara biss 3 minuti meta kien German Cano li kkonkluda wara Sommer għal 1-0. Minkejja d-diversi tentattivi ta’ Inter fejn anke laqtu l-lasta minn konklużjoni ta’ Lautaro Martinez, Fluminese iddefendew tajjeb. Biex fil-95 minuta, hekk kif Inter kienu qed ifittxu l-gowl tad-draw kien Hercules li qabad il-ballun f’nofs il grawnd avvanza tajjeb u b’konklużjoni fil-baxx xeħet fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2-0.
//= $special ?>