Futbol Sport

Ftehim milħuq bejn Marsaxlokk u Triston Caruana

Triston Caruana
Triston Caruana

Wara żewġ staġuni ma’ Balzan, il-midfielder difensiv b’esperjenza ta’ ‘l fuq minn għaxar partiti ma’ Malta, Triston Caruana se jkompli l-karriera tiegħu fil-Malta Premier.

Skont storja żvelata fuq il-paġna ta’ Replay, kien rappurtat li fl-aħħar sigħat, Marsaxlokk FC laħqu ftehim mal-plejer ta’ 33 sena. Fil-jiem li għaddew sar magħruf li Caruana ma kienx se jkompli ma; Balzan minkejja li kienu għadu marbut taħt kuntratt. Caruana hu wieħed mill-plejers Maltin, li mhux se jkomplu l-karriera tagħhom ma’ Balzan, wara li dawn tal-aħħar sfaw relegati fit-tmiem tal-istaġun li għadu kemm intemm.

Caruana se jkun qed jieħu post l-internazzjonali Malti, Ryan Scicluna li fil-jiem li għaddew issieħeb ma’ Żabbar St Patrick.

Sal-lum, Caruana lagħab viċin it-370 partita fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti, u Marsaxlokk se jkun it-tmien klabb li se jkun lagħab miegħu tul il-karriera tiegħu bħala plejer. Is-seba’ klabbs l-oħra kienu Tarxien Rainbows, Valletta, Hibernians, Ħamrun Spartans, Qormi, Balzan u St. George’s.