Emozzjonijiet qawwijin nħassew fil-festival mużikali Glastonbury, li seħħ mill-Ħamis sal-Ħadd.
Dan hekk kif Lewis Capaldi, kantant popolari għal diski bħal Someone You Loved u Before You Go, tela’ fuq il-palk wara sentejn rkupru mis-sindrom ta’ Tourette.
Bosta artisti u bands inklużi RAYE, Charli xcx, Olivia Rodrigo, Doechii, u Weezer ħadu sehem fil-festival ukoll, biex wasslu ljieli memorabbli.
Alanis Morisette iċċelebrat it-30 anniversarju tal-album debuttanti, Jagged Little Pill, fejn kantat bosta kanzunetti popolari, fosthom Ironic. Huwa f’dak il-mument fejn l-udjenza infexxet f’dellirju, filwaqt li Morisette kantat il-linja komika ‘it’s like 10,000 spoons when all you need is a knife.’
Apparti minn hekk, Fatboy Slim, daqq il-100 sett tiegħu nħar is-Sibt waranofsinhar, u l-artista Pinkpantheress tkompli tikseb popolarità wara li ġibdet l-attenzjoni tal-udjenza l-ġimgħa filgħaxija.
//= $special ?>