Internazzjonali Mużika

Il-band Oasis terġa’ tingħaqad għal tour internazzjonali

L-Oasis għandhom iżuru bosta pajjiżi, mir-Renju Unit u l-Irlanda, sal-Kanada u l-Messiku, sal-Awstralja, u fl-aħħar, il-Brazil u pajjiżi oħra fl-Amerika t’isfel. Dan hekk kif it-tour se jibda fl-4 ta’ Lulju f’Cardiff.

Liam Gallagher, il-kantant, esprima tama li joħorġu album ġdid fl-istess żmien tat-tour – iżda dan għadu mhux konfermat.

Madankollu, mhux talli l-aħwa Liam u Noel Gallagher ħabbru r-ritorn tal-(bassist) Andy Bell, imma ħabbru wkoll li se jkun hemm film tat-tour tagħhom. Dan il-film se jiġi dirett minn Steven Knight, il-kreatur u l-kittieb tal-iskript ta’ Peaky Blinders.