L-arma li ntużat fid-delitt tal-Ħadd filgħodu għadha ma nstabitx.
Bl-allegat agressur jiġi identifikat bħala Sirjan ta’ 46 sena li ilu pajjiżna għal diversi snin.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li r-raġel li spara fuq Jean Paul Busuttil fil-Bidnija huwa barrani li ilu jgħix f’pajjiżna sa mill-1994.
B’rapport ippublikat mit-Times of Malta jindika illi l-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittixija għall-arma tan-nar li allegatament intużat f’dak li huwa l-ewwel omiċidju tas-sena 2025.
Ir-rapport elenka kif kienu għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, meta l-vittma, Jean Paul Busuttil, kien qed isuq il-karozza tiegħu meta seħħet ħabta ma’ mutur li kien qed jinstaq mis-Sirjan fi triq rurali. Kemm il-mutur kif ukoll il-karozza kellhom biss ħsarat minimi.
Ftit tal-minuti wara wasal fil-post uffiċjali tal-LESA sabiex jagħmel l-assessjar tiegħu b’rabta mal-inċident li kien seħħ. Fejn jidher li għamel il-wasla tiegħu iben is-susspettat sabiex jgħin lill-missieru.
Għal xi raġuni, din il-ħabta minuri eskalat f’argument bejn Busuttil u s-Sirjan. Kien hawn li s-Sirjan, permezz tal-mutur tat-tifel tiegħu telaq mill-post.
U, ftit mumenti wara reġa’ feġġ armat b’arma tan-nar li mmira lejn Busuttil.
Ixukjat, l-uffiċjal tal-LESA ħarab lejn it-triq prinċipali tal-Bidnija sabiex iċempel lill-Pulizija għall-assistenza tagħhom.
Minkejja li kien ferut, Jean Paul Busuttil, ipprova jsuq sal-Isptar Mater Dei sabiex ifittex il-kura iżda sfortuntamaent wasal biss sa Burmarrad…ftit metri ‘l bogħod minn fej seħħet l-isparatura. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura iżda sfortunatament tilef ħajtu ftit wara.
Bi professjonisti mediċi li tkellmu mat-Times jispjegaw li seta’ salva ħajtu li kieku stenna sakemm waslet ambulanza fil-Bidnija.
Is-Sirjan baqa’ fil-post tad-delitt u ġie arrestat mill-Pulizija, filwaqt li l-uffiċjal tal-LESA ittieħed l-isptar minħabba xokk qawwi li ġarrab.
Intant, huwa mifhum illi l-vittma u l-allegat aggressur jgħixu viċin ta’ xulxin iżda mhux mifhum x’relazzjoni hemm bejniethom.
Huwa mistenni li s-Sirjan jitressaq il-Qorti aktar tard matul il-jum.
//= $special ?>