Lokali

Il-barriers il-ġodda ser jieħdu ż-żmien – Chris Bonnet

Għadna ma nafux meta se nibdew nirristrutturaw il-barriers fit-toroq. Qed nitkellmu fuq kilometri twal – huwa pass li jieħu ż-żmien.

Sostna dan il-Ministru Chris Bonett meta Net News staqsa kif u meta l-Gvern se jibda jtejjeb il-barrikati fit-toroq li huma ta’ periklu ferm kbir għas-sewwieqa tal-muturi. Madanakollu filwaqt li dati m’hemmx, minkejja l-appelli għal dawn l-aħħar snin….il-Ministru ammetta li jrid ikollna inċident biex isir xi ħaġa f’pajjiżna.

Dan għaliex f’ammissjoni tiegħu stess, il-barriers preżenti kienu qed jitqiesu bħala idonji. Filwaqt li insista li t-toroq Maltin huma aktar siguri minn snin preċedenti.  

Net News staqsa lill-Ministru tat-Traffiku x’numri fi ħsiebu jilħaq bl-inizjattivi tar-reshaping our mobility. Iżda Chris Bonett qed jinsisti li numri m’għandux, u ma jistax ikollu.

Dan filwaqt li spjega li milli qed jgħidulu t-traffiku f’pajjiżna naqas, iżda jekk jinqala’ inċident…inevitabbilment it-traffiku se jeħel għax il-pajjiż hu li hu.

Intant jidher li l-proposta li tirrinunzja għal-liċenzja tas-sewqan u l-Gvern itik lura €25,000 għadha kemmxejn lura. Dan minkejja li Chris Bonett kien qalilna li fi 3 xhur kien se jagħmilha…bil-Ministru jkollu jammetti l-falliment tiegħu.

U wara 3 xhur għad m’għandu ebda data meta din se tiġi implimentata….wisq inqas lejn min se jkun qiegħed jimmiraha, hekk kif irid jintroduċiha bħala proġett pilota.

Mistoqsi lejn min jixtieq tal-inqas jimmira l-policy, huwa ta’ x’jifhem li se jkun qed jaħdem biex jimmiraha lejn iż-żgħażagħ.