Futbol Sport

Iż-żagħżugħ Thomas Melillo jagħżel lil Valletta FC

Thomas Melillo
Thomas Melillo

Valletta ħabbru l-akkwist taż-żagħżugħ promessa ta’ 18-il sena, Thomas Melillo mingħand Pietá Hotspurs. Il-klabb neo-promoss għall-Malta Premier, ħabbru dan l-akkwist dalgħodu wara li l-bieraħ filgħaxija, l-paġna ta’ Replay fuq Facebook żvelat b’mod esklussiv li l-midfielder internazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, kien f’negozjati avvanzati ma’ Valletta u li l-akkwist tiegħu kien mistenni li jitħabbar fis-sigħat li ġejjin.

Dan l-istaġun, Melillo kien wieħed mill-iżgħar plejers fl-etá ta’ Pietá Hotspurs li kellu post regolari fl-iskwadra tal-kowċ Manuel Caruana, tant li lagħab f’19-il partita taċ-Challenge League.

Hu mifhum li għal Melillo kien hemm interess minn diversi klabbs. Melillo hu meqjus bħala wieħed mill-plejers interessanti li għadna telgħin fil-futnol Malti, u l-akkwist tiegħu minn Valletta hu konformi mal-viżjoni tal-klabb immexxi mill-President Claudio Grech, li jrid jibni skwadra li jkollha l-aħjar elementi ta’ plejers Maltin.

Dan kollu fl-isfond tal-programm Gen V li persuni fil-klabb Belti qalulna li ser ikun qieghed jiġbed lejħ l-aqwa talent lokali wara li nhar is-Sibt li għadda tħabbar l-isem tal-kowċ Alessandro Piscina, li se jkun responsabbli minn dan il-proġett.