Il-film ġdid Jurassic Park għandu joħrog fit-2 ta’ Lulju. Dan se jkun is-seba’ film mis-serje Jurassic, li bdiet aktar minn 30 sena ilu, fl-1993.
L-istorja sseħħ ħames snin wara s-sitt film fil-lista, Jurassic World Dominion, fejn tim isibu ruħħom jiksbu d-DNA mill-aħħar dinosawri fi tliet reġjuni iżolati – sabiex joħolqu droga li ġġib magħha benefiċċji utili għall-umani.
Scarlett Johanson għandha r-rwol ewlieni ta’ Zora Bennett f’din l-istorja intriganti. Atturi oħra li ħadu sehem fil-film jinkludu Luna Blaise, David Lacono, Audrina Miranda, u Ed Skrein.
Id-direttur Gareth Edwards u l-bqija tat-tim jittamaw li, għal darb’oħra, l-enfażi fuq l-effetti speċjali terġa’ tqajjem biża’ fl-udjenzi.
//= $special ?>