Il-Qorti ordnat li jitħallas kumpens ta’ €350,000 lill-familja ta’ Albert Brian Rosso wara li d-dritt tiegħu għall-ħajja ġie miksur.
Il-mara u t-tifla tal-bijologu marittimu Albert Brian Rosso – li għeb 20 sena ilu – kienu qed ifittxu lill-istat, fejn argumentaw li l-awtoritajiet naqsu milli jwettqu investigazzjoni effettiva u mgħaġġla, li wasslet biex żewġt irġiel ġew liberati wara ġuri…. f’Ġunju tal-2023.
Rosso, li kien ukoll tekniku mediku, kien irrappurtat nieqes minn martu fl-10 ta’ Ottubru 2005.
F’Lulju tal-2023 l-armla u bint Albert Brian Rosso, li ġie rappurtat nieqes fl-2005, kienu diġa’ ressqu protest ġudizzjarju biex iżommu lill-awtoritajiet responsabbli għan-nuqqas tagħhom li jikkundannaw żewġt irġiel li kienu stqarrew li qatlu lil Rosso.
L-aħħar li Rosso irrapporta għax-xogħol kien fiċ-Ċentru tal-Akwakultura ta’ San Luċjan. U mbgħad, kien ħareġ jiltaqa’ mas-sieħeb tiegħu fin-negozju.
Tlettax-il jum wara, l-Ispettur Chris Pullicino kien informa lill-maġistrat tal-għassa illi wara li Rosso ġie rrappurtat nieqes, il-pulizija arrestat lil Anthony Bugeja u Piero di Bartolo.
Iż-żewġ sajjieda kienu ġew akkużati li qatlu lil Rosso u ħbew il-katavru tiegħu. It-tnejn bagqħu iwieġbu mhux ħatja.
Il-ġurati, eventwalment, kienu lliberaw lil Bugeja u lil Di Bartolo mill-akkuża ta’ qtil b’7 voti kontra 2.
//= $special ?>