Lokali

Persuni evakwati wara nirien f’torri fil-Gżira

Numru ta’ persuni kellhom jiġu evakwati mill-ST Tower wara li żviluppaw nirien f’wieħed mis-sulari.

Il-każ żviluppa f’dan it-torri fi Triq Testaferrata fil-Gżira, għall-ħabta tal-11:45am.

Fil-post waslu mal-ewwel kemm Pulizija kif ukoll numru ta’ units tas-CPD.

Ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.

Dan it-torri hu għoli 23 sular.