L-artist ferm popolari mal-Maltin Robbie Williams se jerġa’ jiġi f’pajjiżna dan hekk kif f’Settembru li ġej se titella’ l-ewwel edizzjoni ta’ Aftersun Festival.
Dan il-festival mużikali se jsir fis-17 ta’ Settembru li ġej fuq il-Fosos tal-Furjana. Apparti l-artist Robbie Williams, se jkantaw ukoll Aidan kif ukoll Gigi D’Agostino.
L-Aftersun Festival se jsir bil-għan li jkun l-għeluq perfett tal-istaġun tas-sajf fejn is-sħana tisparixxi u jinħolqu l-memorji.
Wieħed jista’ jaċċessa biljett bikri minn fuq www.aftersun.mt mit-30 ta’ Ġunju sat-Tlieta l-1 tal-Lulju fit-3:00 ta’ waranofsinhar. Dawk kollha li se jirreġistraw ser jirċievu ‘Priority Link’ l-Erbgħa 2 ta’ Lulju fid-9:00 ta’ filgħodu, siegħa qabel ir-rilaxx ġenerali tal-biljetti li se jkun fit-2 ta’ Lulju għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu.
//= $special ?>