Sliema BS rebħu l-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer meta f’finali inkredibbli li ntlagħbet fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa, huma għelbu lil Ħamrun SC 7-6.
Kienet logħba li ħalliet lill-pubbliku numeruż li attenda għal din il-partita fuq ix-xwiek. Sliema kienu ferm tajbin fl-ewwel taqsima meta stabbilixxew vantaġġ ta’ 3-0 b’Ħamrun li bdew jitjiebu fit-tieni taqsima u minkejja li kienu dejjem minn taħt, qatt ma qatgħu qalbhom u dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor.
Min-naħa tagħhom il-Blues ħadu vantaġġ mill-iżbalji difensivi li wettqu l-avversarji tagħhom tant li rnexxielhom jieħdu l-massimu minn din il-partita.
Il-captain Matthew Agius, Saturday Nanapere u Vincenzo Margiotta skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Chris Baker wettaq awtogowl favur Sliema.
Ħamrun baqgħu fil-logħba wara doppjetta Daniel Zerafa u gowls oħrajn ta’ Lee Joe Schembri, Tobi Hakiti, Nezar Abouaisha u Chris Baker.
Fi tmiem il-konfront, il-President tal-Malta Beach Soccer Association, Mauro Camilleri; ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Sliema Beach Soccer Matthew Agius.
Referees kienu Andrea Naudi u Igor Kankaras.
//= $special ?>