Fi tmiem il-ġimgħa, instabet ir-raba’ bejta tal-fkieren fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex – it-tieni bejta f’din il-bajja għal din is-sena.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, intqal li l-fekruna dehret tiela fuq ir-ramel għall-ħabta tas-siegħa tal-Ħadd filgħodu hekk kif fil-post kien hemm preżenti numru ta’ voluntieri li kienu qed jagħmlu għassa ma’ bejta oħra li hemm f’din il-bajja.
Nature Trust, flimkien mal-ERA, marru immedjatament fil-post biex jagħlqu ż-żona u jipproteġu dan is-sit.
Wara li ġiet iċċekkjata l-fekruna irriżulta li kellha microchip u li din kienet it-tieni bejta għall-fekruna bl-isem Johanna.
Iż-żewġ bajjiet l-oħra fejn hemm il-bejtiet tal-fkieren huma l-Ġnejna u l-Għadira.
//= $special ?>