Sport

Unur għal Timmy Vassallo fil-Ġermanja

L-unuri tal-ġurnata lil TIMMY VASSALLO li fil-144 edizzjoni tal-Kieler Woche fil-Ġermanja, meqjusa bħala l-aktar kompetizzjoni ta’ prestiġju u livell mondjali, rebaħ il-kategorija dinghies ILCA 4 .

Kienet wirja impekkabbli minn Timmy Vassallo li fil-Kieler Yacht Club, mill-10 provi tal-kategorija, għajr fit-tielet prova, iddomina l-bqija tal-provi b’penalità minima għall-aħħar.

Fil-kategorija ILCA 4, ħadu sehem xejn anqas minn 63 parteċipant. Timmy Vassallo għal Malta Young Sailors Club, temm qabel Mats Silva Ostvold tan-Norveġja filwaqt li fit-tielet post temm Viktor Elfving tal-Iżvezja.

————————————