Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech reġa’ appella lill-Gvern Laburista biex b’mod immedjat jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan.
Dan l-appell Bernard Grech għamlu f’intervent fil-Parlament llum wara stqarrija ministerjali mill-Prim Ministru Robert Abela dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kunsill Ewropew.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela għaliex hu kien qal li f’Ġunju kellu jirrikonoxxi l-Palestina bħala Stat iżda minkejja li Ġunju għadda, il-Prim Ministru baqa’ ma’ ħa l-ebda azzjoni.
Bernard Grech fakkar kif dan ir-rikonoxximent hu pass essenzjali għal pajjiżna biex anke, bħala pajjiż, ikun jista’ jpoġġi ‘l quddiem l-aġenda tiegħu fuq livell Ewropew.
Tul l-istqarrija ministerjali tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela ma għamel ebda riferenza dwar il-Palestina u baqa’ ma rrikonoxxix lill-Palestina bħala Stat.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-Ukrajina fejn espriema solidarjetà mal-poplu Ukren u enfażizza l-importanza tas-sigurtà għal dan il-poplu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech staqsa wkoll jekk Malta hijiex tuża l-fondi allokati għal-Ukrajina jew sempliċament ħallithomx hemm. Hu rrimarka wkoll kif il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar pożizzjonijiet li ħadu l-Maldova imma fl-ebda ħin tul l-istqarrija tiegħu ma rrefera bl-ebda mod għall-pożizzjoni tiegħu dwar il-Palestina.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li hemm bżonn tisħiħ fid-difiża u ċarezza biex il-pajjiż ikun newtrali. Hu importanti li jitneħħew l-ostakli li qed ifixklu n-negozji fil-kuntest internazzjonali.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech insista għal aġġornament tal-ħidma Ewropea fil-kuntest tal-Mediterran u enfażizza l-impenn lejn il-prosperità u d-demokrazija.
Il-Prim Ministru kien wiegħed li f’Ġunju kien ser jirrikonoxxi lill-Palestina bħala Stat, qal Bernard Grech, li kompla li u s’issa l-Palestinjani għadhom jisfgħu maqtula. Quddiem din is-sitwazzjoni, Malta għandha tibgħat messaġġ ċar, qal Bernard Grech, li appella biex il-ġlied fil-Lvant Nofsani jieqaf. Il-Gvern Laburista għandu bżonn jitkellem kemm jista’ jkun malajr għaliex xahar ieħor mitluf, huwa xahar ieħor ta’ mwiet għalxejn, sostna l-Kap tal-PN.
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami staqsa jekk il-gvern huwiex qed jikkunsidra li jkun hemm inċentivi biex is-Sirjani li hawn Malta jmorru lura f’pajjiżhom. Hu staqsa wkoll dwar x’qed jagħmel il-gvern Laburisata dwar id-data viċina tad-9 ta’ Lulju 2025 meta l-Amerika qiegħda thedded bit-tariffi.
Il-Prim Ministru wieġeb li d-deċiżjoni dwar ir-rikoxximent tal-Palestina minn Malta tittieħed wara li tinżamm il-konferenza internazzjonali li kienet ippjanat iżda kienet sospiża. Robert Abela kompla li Malta tagħmel dan il-pass wara li jkun hemm iċ-ċirkotanzi kollha possibbli u wara li diversi pajjiżi oħra jirrikonoxxu lill-Palestina bħala Stat.
Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami intervjena u qal li l-Prim Ministru m’għandu bżonn ebda konferenza biex Malta tirrikonoxxi l-Istat tal-Palestina u jekk il-Prim Ministru għandu l-konvinzjoni morali dwar dan ir-rikonoxximent, allura għandu jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan immedjatament.
Beppe Fenech Adami qal li l-gvern Laburista mhuwiex jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan minħabba pressjoni li għandu. Hu speċifika li din l-informazzjoni kisibha mingħand rappreżentanti tal-Istat ta’ Iżrael li qallu fil-preżenza ta’ Deputati Nazzjonalisti u Laburisti li l-gvern Laburista qed jieħu din il-pożizzjoni li jgħid li jrid jirrikonoxxi l-Istat tal-Palestina minħabba l-pressjoni tal-Oppożizzjoni.
Beppe Fenech Adami sfida lill-Prim Ministru biex jistaqsi lid-deputati Laburisti li kienu preżenti għal din il-laqgħa mar-rappreżentant ta’ Iżrael u jerġa’ jirreferi lill-parament.
//= $special ?>