Futbol Sport

Al Hilal jaħsdu lil Manchester City u jegħlbuhom fil-ħin barrani

Ritratt: EPA

AL Hilal ……………….. 4

Manchester City ….. 3

Al Hilal: Bono, J.Cancelo, K.Koulibaly, M.Al-Harbi, R.Lodi, R.Neves, N.Al-Dawsari, M.Kanno, S.Milinkovic-Savic, Malcolm, M.Leonardo

Man City: Ederson, M.Nunes, R.Dias, J.Gvardiol, R.Ait-Nouri, I.Gundogan, B.Silva, T.Reijneders, Savinho, E.Haaland, J.Doku

Referee: J.Valenzuela Saez

Marcos Leonardo ta’ Al Hilal kien deċiżiv f’partita li offriet xejn inqas minn seba’ gowls bejn Al Hilal u Manchester City, bit-tim mill-Arabja Sawdija joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 4-3.

It-tim immexxi minn Simone Inzaghi issa jirritorna f’Camping World Stadium f’Orlando fil-kwartifinali kontra Fluminese. Bernardo Silva tefa’ lil City fil-vantaġġ kmieni fil-partita b’Bono jwettaq saves importanti biex żamm lil Al Hilal fil-partita fl-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, gowls minn Marcos Leonardo u Malcolm tefgħu lil Al Hilal 2-1 vantaġġ, qabel Erling Haaland naqqas kiseb il-gowl tad-draw minn corner.

Fil-bidu tal-ħin barrani, Kalidou Koulibaly poġġa’ lil Al Hilal 3-2 minn fuq b’Phil Foden jerġa’ jikseb id-draw għal City. Biex fl-aħħar minuti tal-partita kien Marcos Leonardo li mill-viċin għeleb lil Ederson u ta eliminazzjoni xokkanti u bikrija lil Man City.