Dione Galdes ta’ 59 sena mill-Iklin, miet illum, dan wara li sab ruħu f’diffikultà hu u jogħdos fiċ-Ċirkewwa, il-Ħadd li għadda.
Ir-Raġel kien f’qagħda kritika u sfortunatament miet jumejn wara fl-Isptar Mater Dei.
Intant, l-għaqda Calypso Subaqua Club, saħqu li Dione kien instructor professjonali tal-għaddasa, filwaqt li qalu li kien bniedem ta’ fiduċja li jagħmilha faċli biex wieħed jaħdem miegħu.
Il-Club għalaq billi rringrazzja lil Dione Galdes tal-għajnuna li ta lil dan il-klabb billi għallem dan l-isport lil ħaddieħor, b’ħafna jkunu dawk li niżlu għall-ewwel darba taħt il-baħar bl-għajnuna tiegħu.
//= $special ?>