Il-problemi kollha relatati mal-kostruzzjoni għadhom ta’ tħassib għan-nies.
Iżda l-Ministru Jonathan Attard, li hu il-Ministru responsabbli minn dan is-settur, kellu risposta ċara għan-nies li huma inkwetati – “hemm l-awtoritajiet li qed jassistu”.
Fil-programm XTRA fuq TVM kien hemm preżenti wkoll Andre Callus mill-Moviment Graffiti…illi kritika lill-Gvern, hekk kif lura fl-2014 kien għamel bidla fil-policies li jolqtu s-settur tal-bini.
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit minn naħa tiegħu appella li jkun hemm tibdil mill-qiegħ fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Hu insista li tibdil mill-qiegħ fil-mod tal-ħsieb, iġib miegħu trasparenza u ġustizzja.
Fl-istess programm, Andre Pizzuto mill-Kamra tal-Periti rrimarka kif il-periti huma parti mis-sistema u l-perit li nduna b’dak li seta’ seħħ f’Paceville – induna għaliex fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa xogħolhom u huma obbligati jaġixxu.
//= $special ?>