Id-29 edizzjoni tal-Kungress tal-FIM Europe se jseħħ fil-gżira t’Għawdex. L-avveniment se jkun maqsum fuq tlett t’ijiem ben it-3 ta’ Lulju sal-5 ta’ Lulju. Din se tkun it-tieni darba li dan il-Kungress annwali jsir fil-gżejjer Maltin.
Dan il-Kungress se jkun organizzat mill-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi Malta (ASMK). Din l-assoċjazzjoni kompliet tikber fix-xena lokali kif ukoll Internazzjonali tal-muturi, u tkompli tagħmel xogħol sieiwi għall-isport. It-tieni Kungress organizzat f’pajjiżna se jkun pass importanti għal Motorsport f’pajjiżna.
Il-Kungress se jinżamm fil-Kempinski Hotel f’San Lawrenz f’Għawdex.
Il-Ġimgħa se jkun il-jum iddedikat għall-Kunsill Maniġerjali kif ukoll għall-Kummissjonijiet u l-Panels varji, bil-ġurnata tintemm bil-laqgħa tas-Segretarji Ġenerali tal-pajjiżi kollha.
Is-Sibt ġurnata mimlija oħra, se tkun qed iseħħ l-Assemblea Ġenerali, fejn jiltaqgħu l-Federazzjonijiet Nazzjonali. Finalment, il-Kungress jingħalaq bil-FIM Europe Gala Dinner, serata eleganti fejn il-parteċipanti se jkunu jistgħu jesperjenzaw ikel tradizzjonali Malti u Għawdxi.
//= $special ?>