Tul il-jum, baqgħu fis-seħħ it-twissijiet minħabba s-sħana estrema f’diversi reġjuni ta’ Franza. Dan hekk kif l-awtoritajiet Franċiżi ħarġu rekord ta’ twissijiet.
L-allert ikopri 16-il reġjun, inkluż il-kapitali Pariġi. Dawn ir-reġjuni jinsabu taħt ‘red alert’ – apparti 68 twissija oħra fil-livell ta’ ‘orange alert’.
Minħabba din il-mewġa ta’ sħana, mal-200 skola madwar Franza ġew parzjalment jew kompletament magħluqa.
Twissijiet oħra nħarġu f’pajjiżi bħal Spanja, l-Italja, il-Portugall, il-Ġermanja, u l-pajjiżi tal-Balkani.
//= $special ?>