Lokali

KRIŻI TRAFFIKU: “Illum l-1 ta’ Lulju … mhux l-1 t’April”

Filwaqt li l-midja Laburista u l-Ministru tat-Traffiku Chris Bonett qed jisħqu li t-traffiku qed ibatti u li iddaħħlu miżuri biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq ta’ pajjiżna, il-poplu ma tantx jihder entużjast fuq dak li qed isir.

Dan hekk kif bosta kienu dawk li kkummentaw dwar l-artiklu mtella’ mis-Super One, fejn irrappurtaw li qed ikompli jitnaqqas it-traffiku.

Iżda ir-reazzjonijiet tan-nies ħarġet biċ-ċar il-problema kbira li għandu pajjiżna fejn tidħol il-konġestjoni fit-toroq f’kull ħin tal-ġurnata.

F’kumment partikolari, intqal illi dawn il-kummenti mill-kamp Laburista ġejjin wara li spiċċat l-iskola; u b’hekk ikun ovvju li t-traffiku jbatti xi ftit.

Però, fl-istess kummenti issemma’ kif anke jekk preżentament l-iskejjel huma malgħuqa, xorta waħda qed ikun hemm konġestjoni f’diversi zoni – hekk kif bosta spiċċaw jistaqsu x’ser jiġri la terġa’ tibda s-sena skolastika.

Uħud esprimew ukoll r-rabja tagħhom għal din it-tip ta’ propaganda min-naħa tal-Partit Laburista, hekk kif saħqu li mhux minnu li naqas it-traffiku.

Fost kummenti dwar kif pajjiżna qiegħed fi stat ta’ iffullar, u popolazzjoni li kull ma jmur qed tkompli tiżdied …huwa ovju li b’iktar nies qed ikomplu jiżdiedu l-karozza.

Anke għaliex, kif inqal f’ċerti kummenti, s-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna falliet u ma taqdix il-ħtiġijiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Kummenti oħra qalu li tas-Super One ħadu żball hekk kif ħabat l-ewwel ta’ Lulju, mhux l-ewwel ta’ April. U oħrajn stqarrew li l-Gvern Laburista sempliċiment irid jipprova jgħaddi ż-żmien bil-poplu.

Dan il-baraxx ta’ kummenti kompla joħroġ biċ-ċar il-problema kbira ta’ traffiku li għandu pajjiżna – bi Gvern li minflok jara’ kif ser jimplimenta trasport tal-massa u soluzzjonijiet reali….qed ikompli jitfa’ din il-problema taħt it-tapit u jgiddeb lin-nies li qed isibu ruħhom imwaħlin fit-toroq ta’ pajjiżna.