Lokali

L-għaddas li sab diffikultà fiċ-Ċirkewwa jmut fl-Isptar Mater Dei

Kien il-Ħadd, 29 ta’ Ġunju, meta raġel ta’ 59 sena spiċċa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’periklu tal-mewt wara li sab diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.

Sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.