Ir-Russja, bejn l-1 u t-30 ta’ Ġunju, sparat rekord ta’ 5,438 drones lejn id-diversi bnadi tal-Ukrajna – b’mod partikulari l-kapitali Kiev u reġjuni oħra ffullati biċ-ċivili.
Din l-istatistika ħarġet minn rapport imħejji mill-qawwiet tal-ajru Ukreni – bl-ammont tad-drones għax-xahar li għadda jissupera ‘b’25 fil-milja’ lill-burraxka tad-drones li kienu sparati lejn l-Ukrajna f’Marzu li għadda.
Il-Kremlin ta’ Moska ilu minn Mejju jintensifika l-attakki mill-ajru fuq l-Ukrajna – attakki dominati bil-missili ‘Iskander’ u d-drones, bil-bumbardamenti regolari fuq l-ibliet iżidu kotinwament fl-intensità.
Fl-aħħar sena u nofs kien hemm biss jumejn li fihom ir-Russja ma wettqitx l-attakki (bid-drones u l-missili) fuq l-Ukrajna.
Dan sar magħruf ftit tal-ħin ilu, meta l-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Andriy Sybiha, kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fi Kiev, flimkien mal-Ministru Ġermaniż bl-istess dekasteru, Johannes Wadephul.
U skont it-total tad-drones sparati lejn l-Ukrajna matul ix-xahar li għadda, ir-Russja, issa, qed tidher li żviluppat il-kapaċità biex – f’lejl wieħed – tispara l-istess ammont ( ta’ drones) daqskemm kienet sparat għal xahar sħiħ matul is-sajf tal-2024.
//= $special ?>