Lokali Mużika

Mużika u divertiment fit-42 edizzjoni ta’ Farsons Beer Festival

minn Noel D'Anastas

It-42 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival se jwassal għaxart iljieli ta’ spettaklu u divertiment fil-beraħ li jiġbor flimkien bands u artisti minn kull ġeneru mużikali, b’eluf ta’ segwaċi tal-mużika, ikel u birra li ma tonqosx. L-appuntament huwa għall-Palk Nazzjonali f’Ta’ Qali bejn it-3 u t-12 ta’ Lulju.

Kif isir ta’ kull sena, l-atmosfera tkun waħda ħajja u vibranti, b’żewġ palkijiet li jilqgħu fuqhom varjetà ta’ mużika lokali u spettakli mill-aqwa. Dawk li se jattendu l-festival tal-birra jistgħu jduqu minn fost aktar minn 30 birra differenti, kemm lokali kif ukoll importata, li jagħtu togħma unika lill-festival.

Il-festival huwa mfassal biex joffri esperjenza għall-familja kollha mingħajr ħlas, b’zoni tematizzati bħal Main Stage, Rock Stage, Pjazza Kinnie, Casa Electronica, suq tal-artiġjanat u diversi stands b’ikel varjat. Għal aktar konvenjenza u sigurtà, it-trasport pubbliku se jkun estiż tul il-jiem tal-festival.

Fuq il-palk prinċipali se jkun hemm kunċerti ta’ Aidan, The Travellers ft. Jamie Cardona, ABBA Revival, Bon Giovi, Miriana Conte, Tribali, Red Electric, Chasing Pandora, Drakard & Band, Kevin Paul & Band, Luke Chappell, Barefoot Lions, Klinsmann, Lara & The Jukeboys, Lapes u Nadine, SterjoTipi, Lighthouse, Kersten Graham, Rock and Roll Circus (b’mużika mis-snin 80 u 90), u Kantera.

Fuq il-palk iddedikat għall-mużika rock, se jdoqqu RUG, Captain Romance & The Danger Dogs, Fakawi, Beangrowers, Loathe, Haine, Black Sabbath Tribute, Eyes to Argus, Iron Knight, No Humano, Vinyl Paradise, BNI, Beesqueeze, Rankin, Bennie Blue, Thy Legion, Weeping Silence, Explicit, Bila, Mur.Doc 104, Dripht, Skimmed, Myles, Outbound, Checkmate, Soul, Angelcrypt, u Impertex.

Casa Electronica se tkun iffukata fuq il-mużika dance bis-sehem ta’ Like Father, Like Son (Joseph & Denzel Jo Armani), Ziggy, Pocci B2B Panelli, Miss Roberta, J Joy, Miggy, Ghigo, Junior B, DJ Ruby, u Ant B2B Mux.

Għal aktar tagħrif żur https://farsonsbeerfestival.com/