Lokali

Offerta għal żmien limitat għal pjanijiet tal-pensjoni unit-linked

Il-Bank of Valletta, bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni marbut għal MAPFRE MSV Life, qed joffri inċentiv għal żmien limitat fuq pjanijiet ta’ pensjoni personali ġodda unit-linked. Il-klijenti li jibdew jippjanaw għall-irtirar tagħhom u jibdew pjan ġdid ta’ pensjoni personali unit-linked tal-MAPFRE MSV Life Unit minn kwalunkwe fergħa tal-BOV jew Ċentru ta’ Investiment, se jirċievu żieda ta’ darba ta’ €175 fil-pjan tagħhom.

Il-Pjan tal-Pensjoni Personali unit-linked tal-MAPFRE MSV Life Unit jippermetti lill-investituri jibnu portafoll personalizzat, li jagħżel il-fondi skont il-preferenzi tar-riskju personali tagħhom. Il-klijenti jistgħu jaqilbu bejn il-fondi sa darbtejn fis-sena mingħajr ħlas, u jinvestu f ’massimu ta’ għaxar fondi differenti fl-istess waqt. B’hekk, il-klijenti jkunu qed igawdu minn flessibbiltà u kontroll fuq l-ippjanar tal-irtirar tagħhom.

Iż-żieda ta’ darba ta’ €175 se tingħata 14-il xahar wara d-data meta jibda l-Pjan tal-Pensjoni Personali unit-linked, sakemm l-ekwivalenti tal-ewwel tnax-il kontribuzzjoni konsekuttiva ta’ tfaddil fix-xahar ikunu tħallsu u ġew allokati.

Barra minn hekk, id-detenturi tal-polza jistgħu jibbenefikaw ukoll minn vantaġġi fiskali sinifikanti. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jikkwalifikaw għal kreditu ta’ taxxa ta’ 25%, b’ limitu massimu ta’ €750 fis-sena. Mal-irtirar, il-klijenti jistgħu wkoll jirtiraw sa 30% tal-kont tal-pensjoni tagħhom mingħajr taxxa meta jibdew jirċievu l-benefiċċji tagħhom. Termini u kondizzjonijiet japplikaw.

Din l-offerta speċjali hija disponibbli sat-30 ta’ Settembru 2025, sakemm ma tingħalaqx qabel minn MAPFRE MSV Life. Biex ikunu jafu aktar jew jagħmlu appuntament, il-klijenti huma mħeġġa jżuru https://www.bov.com/assistants/set-an-appointment. Aktar informazzjoni dwar il-pjan, tista’ tinkiseb mid-dokument tal-karatteristiċi ewlenin disponibbli mis-sit tagħna https://www.bov.com.