U-turn oħra minn Robert Abela dwar il-Palestina.
Wara li fl-aħħar Stqarrija Ministerjali li kien għamel fil-Parlament, Robert Abela kien iddikjara li se jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan f’Ġunju, illum fi Stqarrija Ministerjali oħra – issa li għadda Ġunju – għamel U-turn oħra u qal li issa mhux ċert hux se jkun qed jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan.
Issa Robert Abela qed jgħid li se jistenna konferenza internazzjonali li għadha trid issir dwar il-futur tal-Palestina biex jieħu pożizzjoni.
Għaldaqstant, jew Robert Abela kien qed jigdeb meta qal li kien se jirrikonoxxi lill-Istat Palestinjan, inkella għamel U-turn oħra. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni tal-PN minn dejjem kienet ċara li l-Gvern Malti għandu jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan u li t-triq ’il quddiem għandha tkun il-paċi dejjiema bbażata fuq l-eżistenza u r-rispett reċiproku bejn l-Istat Iżraeljan u Stat Palestinjan.
Fir-risposta tiegħu għall-Istqarrija Ministerjali li għamel il-Prim Ministru llejla fil-Parlament dwar l-aħħar Summit tal-Unjoni Ewropa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna l-importanza tal-impenn għall-paċi u s-sigurtà billi Malta tkun il-vuċi għas-sewwa, fosthom anke fl-Ukrajna u fil-Libja.
Fil-każ tal-Libja, il-Kap tal-PN fakkar kif l-instabbiltà f’dan il-pajjiż tolqot direttament lil pajjiżna minħabba l-qrubija li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u għalhekk, staqsa fejn qed iwasslu l-laqgħat li Robert Abela qed jgħid li kellu dwar il-Libja.
//= $special ?>