L-Isptar tal-Annimali għadu s’issa mhux miftuħ. Fl-2025 għadna bla sptar.
Dan sostnietu Moira Delia, attivista li taħdem favur l-annimali, u li permezz ta’ filmat fuq il-media socjali tkellmet dwar diversi ilmenti li irċeviet fl-aħħar jiem minn persuni li ma kellhomx fejn jieħdu lill-annimali tagħhom.
Moira Delia spjegat li l-familja ta’ kelba li spiċċat paralizzata u qattusa li ma stegħetx tgħaddi l-awrina spiċċaw ma kellhom l-ebda post fejn jieħdu lil dawn l-annimali domestiċi.
Dan l-Isptar suppost kellu jiftaħ mill-ġdid f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Dan wara li f’Awwissu tal-2023 l-Isptar tal-Annimali f’Ta Qali kien ġarrab ħsarrat li wasslu biex ma jibqax jiffunzjona. U sal-lum, dan għadu magħluq.
L-attivisti ilhom xhur jittolbu biex ikollna sptar mitfuh 24 siegħa kuljum biex f’każ ta’ emerġenza l-annimali jkunu jistgħu jingħataw il-kura. Pero, jidher li din mhix prijorota għal dan il-Gvern.
//= $special ?>