SLIEMA FRANK SALT……………….. 19
VALLETTA PEAK INSURANCE….. 11
(3-3), (3-3), (4-2), (9-3)
It-tielet rebħa konsekuttiva għal Sliema minn daqstant partiti, punti li poġġewhom momentarjament fil-quċċata qabel il-konfront bejn San Ġiljan u Neptunes. Ir-riżultat finali jqarraq ftit bl-andament tal-logħba hekk kif kien biss fl-aħħar sessjoni li Sliema xxalaw. Simili għat-telfa kontra Neptunes, Valletta ċedew fl-aħħar sessjoni u l-eżami għalihom se jkun il-logħbiet diretti kontra Sirens u Exiles.
Dino Zammit u Angelo Vlachopulos taw vantaġġ doppju lil Sliema kmieni fil-logħba iżda Valletta rkupraw u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 3-3 b’gowls ta’ Matthew Chircop u Ivan Nagaev. Is-Slimiżi ħadu l-vantaġġ tliet darbiet tul it-tieni sessjoni madankollu pronta kienet ir-risposta Beltija f’kull okkażjoni biex baqa’ jirrenja l-bilanċ b’mod numeriku.
Għall-ewwel darba fil-logħba, Sliema bnew vantaġġ ta’ tliet gowls wara li sabu x-xibka b’mod konsekuttiv iż-żgħażagħ Jayden Cutajar, Jayden Cassar u Sam Engerer għal vantaġġ ta’ 10-7.. Sa dak il-ħin deher li Sliema kienu qed jippreparaw biex jaċċertaw mir-rebħa.
Iżda Valletta kellhom ħsibijiet oħra għaliex bejn l-aħħar tat-tielet sessjoni u l-bidu tal-aħħar sessjoni, naqqsu d-distakk għal 10-9. Vlachopulos skorja għal Sliema iżda Chircop wieġeb għal Valletta. Kien lejn nofs is-sessjoni li Sliema żiedu u għalqu l-logħba b’gowls konsekuttivi ta’ Jamie Gambin, doppjetta ta’ Vlachopulos u Jayden Cutajar. Huma kkontrollaw l-aħħar nofs tal-aħħar sessjoni u saħansitra kellhom iċ-ċans iżidu l-marġni tar-rebħa.
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar (2), B. Cachia (1), J. Cutajar (3), D. Rizzo (2), J. Chircop (1), A. Galea, A. Vlachopulos (5), D. Zammit (2), B. Busuttil, S. Engerer (1)
Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud, M. Carani, J. Sciberras, S. Busuttil, J. Colombo, M. Zammit (1), I. Nagaev (6), K. Borg, K. Erdogan (2), M. Chircop (2), K. Cremona, G. Borg
Referees: Michele Campora, Stefan Licari
Kif Jinsabu
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Sliema | 3 | 3 | 0 | 0 | 60 | 33 | 9 |
Neptunes | 2 | 2 | 0 | 0 | 33 | 18 | 6 |
San Ġiljan | 2 | 2 | 0 | 0 | 28 | 24 | 6 |
Exiles | 2 | 0 | 0 | 2 | 20 | 32 | 0 |
Sirens | 2 | 0 | 0 | 2 | 19 | 37 | 0 |
Valletta | 3 | 0 | 0 | 3 | 36 | 52 | 0 |
Logħob li jmiss
L-Erbgħa 2 ta’ Lulju
Sirens v Exiles 7.15pm, San Ġiljan v Neptunes 8.30pm
BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI
TA’ XBIEX AMIGOS……….. 9
OTTERS NIVEA……………… 9
(Ta’ Xbiex rebħu 5-4 bil-penalties)
(5-4), (1-0), (3-3), (0-2)
Ta’ Xbiex Amigos irritornaw għar-rebħ anki jekk bl-għoti tal-penalties f’logħba missielta. Huma kellhom il-kontroll tal-logħba għal ħafna ħin iżda sofrew minn nuqqas ta’ attenzjoni meta deher li kienu qrib ir-rebħa. Minkejja li ħarġu fuq in-naħa telliefa, Otters kellhom il-mumenti tagħhom u l-punt miksub jagħmel ħaqq għall-isforzi tagħhom.
Ta’ Xbiex bdew fuq nota tajba u ħadu vantaġġ ta’ 3-1 sa nofs l-ewwel sessjoni. Otters wettqu reazzjoni u wieġbu bi tripletta ta’ Drasko Gogov biex dawru r-riżultat għal 4-3 sakemm żewġ gowls fl-aħħar minuta u nofs, taw vantaġġ ta’ gowl lil Ta’ Xbiex. Nathan Bonavia rdoppja l-vantaġġ ta’ Ta’ Xbiex fit-tieni sessjoni.
Il-vantaġġ saħansitra żdied għal 7-4 minn man-up skorjat minn Roko Pelicaric u sa tliet minuti minn tmiem it-tielet sessjoni, it-tim ta’ Sergio Afric kellu vantaġġ ta’ 9-5. It-tamiet ta’ Otters li jsalvaw xi ħaġa mil-logħba ħadu żvolta fl-aħħar minuta u nofs tas-sessjoni. Huma naqqsu d-distakk bin-nofs b’żewġ man-ups skorjati.
Fl-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex kienu għoddhom irnexxielhom iżommu l-vantaġġ fl-aħħar żewġ minuti Gogov skorja darbtejn u sforza l-logħba biex tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. Għal Ta’ Xbiex skorjaw Roko Pelicaric, Jan Culic, Ayrton Camenzuli, Sebastian van Wyk u Nathan Bonavia filwaqt li Drasko Gogov, Philip Tabone, Mark Meli u Shailon Cutajar skorjaw għal Otters, b’Luigi Dimech ifalli t-tieni penalty ta’ Otters.
Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli, L. Grech Carr (2), M. Naudi, M. Manara, F. Scardino (1), R. Pelicaric (5), N. Bonavia (1), J. Culic, Z. Bartolo, C. Busuttil, A. Theuma, S. van Wyk
Otters: M. Xerri, M. Bonnici, A. Dimech (1), K. Micallef, M. Meli (1), D. Dimech, D. Gogov (7), L. Dimech, V. Figliomeni, M. Farrugia, P. Tabone, Z. Dzanovic, S. Cutajar, C.J. Saliba
Referees: Michele Campora, Ronnie Spiteri
BIRŻEBBUĠA………………. 19
BARRACUDAS……………… 7
(7-0), (2-1), (5-4), (5-2)
Finalment waslet l-ewwel rebħa għal Birżebbuġa kontra t-tim tal-qiegħ Barracudas. Logħba kkontrollata mit-tim ta’ Edward Aquilina li qatt ma kien f’periklu li jitlef il-logħba. Kompliċi kienet ukoll l-ewwel sessjoni li tat direzzjoni lill-andament tal-logħba. Tripletta ta’ Nikola Bursac, doppjetta ta’ Mikhael Cutajar u gowls ta’ Max Aquilina u Niall Saliba taw vantaġġ ta’ seba’ gowls lil Birżebbuġa fl-ewwel sessjoni.
Barracudas naqqsu d-distakk fit-tieni sessjoni b’gowl ta’ Liam Pursehouse sakemm Cutajar u Aquilina kabbru l-vantaġġ għal 9-1 sa tmiem is-sessjoni. B’rotazzjoni aktar frekwenti u l-intensità tal-logħba li kompliet tonqos, Barracudas ħadu l-opportunità li jillimitaw ftit id-danni. Minkejja dan, Birżebbuġa xorta baqgħu fil-kontroll u fl-aħħar sessjoni sabu x-xibka ħames darbiet minn ħames plejers differenti u kabbru d-distakk għal rebħa kbira.
Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (4), M. Cassar (1), N. Bursac (3), J. Ciantar (3), I. Galea (1), J. Abdilla, N. Saliba (2), D. Farrugia, M. Cutajar (5), M. Mannino, L. Axisa, S. Livori, J. Saliba
Barracudas: A. Micallef, C. Bugeja, A. Magri, P. Micallef, L. Schiavone (1), R. Sciortino, L. Bowman, J. Schembri Young, S. Apap (1), G. Massa, L. Pursehouse (2), M. Guidi (2), I. Schembri, J. Dimech (1)
Referees: Fabio Brasiliano, Juana Cauchi
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 2 | 2 | 0 | 0 | 37 | 26 | 6 |
Marsaskala | 2 | 2 | 0 | 0 | 31 | 28 | 6 |
Ta’ Xbiex | 3 | 1 | 1 | 1 | 36 | 35 | 5 |
Otters | 3 | 1 | 1 | 1 | 44 | 43 | 4 |
Birżebbuġa | 3 | 1 | 0 | 2 | 46 | 39 | 3 |
Barracudas | 3 | 0 | 0 | 3 | 31 | 54 | 0 |
Logħob li jmiss
L-Erbgħa 2 ta’ Lulju
Marsaxlokk v Marsaskala 6.00pm
//= $special ?>