Mill-Ħadd 6 ta’ Lulju, Net FM se jdaħħlek fid-dinja vibranti tal-isport u l-mużika b’programm ġdid, frisk u mimli enerġija: Sportsbox, ippreżentat mill-ġurnalist Neil Camenzuli.
Sportsbox se jkun qed jikkonsiti minn aġġornamenti sportivi, diskussjonijiet fuq dak li qiegħed iseħħ fix-xena sportiva, kif ukoll mużika moderna u nostalġika matul il-programm.
Matul dan il-programm:
- Se tkun qed tindaqq mużika moderna u nostalġika, b’għażliet relatati malisport u l-futbol, biex tinħoloq atmosfera sportiva.
- Se ssir diskussjoni dwar l-isport lokali u internazzjonali, b’ħarsa lejn dak
kollu li jkun ġara matul il-ġimgħa, kif ukoll l-aħbarijiet ta’ dik il-ġurnata. - Se jingħata aġġornament live ta’ scores u news flashes, sabiex issemmiegħa jkunu dejjem aġġornati.
- Kollagamenti diretti ma’ partitarji, uffiċjali ta’ klabbs, presidenti, atleti u
personalitajiet sportivi li se jaqsmu ħsibijiethom u l-emozzjonijiet tagħhom
b’mod spontanju u reali. - Ma jonqsux intervisti esklussivi u diskussjonijiet ma’ mistiednin.
Il-programm se jitwassal kull nhar ta’ Ħadd bejn is-2pm u t-3pm fuq Net FM.
Sporstbox – Sports lokali, internazzjonali u mużika.
//= $special ?>