Mill-Ħadd 6 ta’ Lulju, Net FM se jdaħħlek fid-dinja vibranti tal-isport u l-mużika bi programm ġdid, frisk u mimli enerġija: Sportsbox, ippreżentat mill-ġurnalist Neil Camenzuli.
Sportsbox se jkun qed jikkonsiti minn aġġornamenti sportivi, diskussjonijiet fuq dak li qiegħed iseħħ fix-xena sportiva, kif ukoll mużika moderna u nostalġika matul il-programm.
Matul dan il-programm:
- Se tkun qed tindaqq mużika moderna u nostalġika, b’għażliet relatati mal-isport u l-futbol, biex tinħoloq atmosfera sportiva.
- Se ssir diskussjoni dwar l-isport lokali u internazzjonali, b’ħarsa lejn dak kollu li jkun ġara matul il-ġimgħa, kif ukoll l-aħbarijiet ta’ dik il-ġurnata.
- Se jingħata aġġornament live ta’ scores u news flashes, sabiex is-semmiegħa jkunu dejjem aġġornati.
- Kollegamenti diretti ma’ partitarji, uffiċjali ta’ klabbs, presidenti, atleti u,personalitajiet sportivi li se jaqsmu ħsibijiethom u l-emozzjonijiet tagħhom b’mod spontanju u reali.
- Ma jonqsux intervisti esklussivi u diskussjonijiet ma’ mistiednin.
Il-programm se jitwassal kull nhar ta’ Ħadd bejn is-2pm u t-3pm fuq Net FM.
Sporstbox – Sports lokali, internazzjonali u mużika.
//= $special ?>