Lokali

Tinstab l-arma li ntużat fil-qtil tal-Bidnija

Kmieni dalghodu komplew it-tfitxijiet fil-Bidnija għall-arma tan-nar li intużat fil-qtil ta’ Jean Paul Busuttil – liema arma, skont rapporti, instabet aktar tard waranofsinhar.

L-akkużat bil-qtil ta’ Jean Paul Busuttil, allegatament ammetta mal-pulizija fil-post tad-delitt, li kien hu li spara t-tiri.

Sat-Tlieta filgħodu, f’din iz-zona tal-Bidnija kienet għadha għaddejja tfittxija intensiva minn naħa tal-investigaturi – assistiti mill-Pulizija tal-Forensika u l-esperti tal-Korp.

Għal xi raġuni, il-ħabta żgħir li seħħet fil-Bidnija il-Ħadd bejn Mohamed Hamdan u Jean Paul Busuttil, eskalat f’argument. U f’ħin minnhom is-Sirjan, permezz tal-mutur tat-tifel tiegħu, telaq minn fejn seħħ l-inċident.

Biex imbgħad, ftit mumenti wara reġa’ feġġ fil-post tal-ħabta armat b’arma tan-nar

L-allegat qattiel, Mohamed Hamdan, qed jiġi akkużat, fost akkużi oħra, li ħeba l-istess arma tad-delitt u sussigwentament spiċċa ħassar jew qered traċċi tal-istess reat.

Dan ir-raġel, imwieled is-Sirja kellu wkoll reati fil-passat. Fosthom li aggredixxa Pulizija u li nsab ħati ta’ attentat ta’ qtil fuq raġel Libjan.

Intant il-każ tal-qtil ta’ Busuttil se jkompli jinstema’ fil-Qorti. B’Hamdan jinżamm arrestat.

Hu qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi.