Lokali

Wirja tal-Klieb oħra ta’ suċċess fil-qalba tal-festa tal-Imnarja – FKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, flimkien mal-Kumitat Organizzattiv tal-Imnarja fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, b’suċċess tellgħet is-26 edizzjoni tal-Wirja tal-Klieb li tagħmel parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa nazzjonali tal-Imnarja.

Il-Wirja tal-Klieb 2025 laħqet rekord ta’ aktar minn 46 parteċipant u ċċelebrat iż-żewġ razez Maltin: il-Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u l-Kelb tal-Fenek.

Din is-sena, il-wirja ġiet iġġudikata minn Paul Harding, ġudikant ta’ fama internazzjonali, grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Malta Canine Society.

Ir-rebbieħa kienu dawn:

Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta

● Best of Breed: ĊIKKA – Salvu Galea
● Best Puppy in Breed: GREGORY – Maria Abdilla
● Best Junior in Breed: DRACO – Dario Portelli

Kelb tal-Fenek

● Best of Breed: RAMBO – Elizabeth Ambrogio
● Best Puppy in Breed: MINT – Nadine Galea
● Best Junior in Breed: PIETRU – Janice Brincat

Klassifiki Overalls

● Best Puppy in Show: Kelb tal-Fenek – MINT – Nadine Galea
● Reserve Best Puppy in Show: Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta – GREGORY – Maria Abdilla
● Best Junior in Show: Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta – DRACO – Dario Portelli
● Reserve Best Junior in Show: Kelb tal-Fenek – PIETRU – Janice Brincat
● Best in Show: Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta – ĊIKKA – Salvu Galea
● Reserve Best in Show: Kelb tal-Fenek – RAMBO – Elizabeth Ambrogio

Il-FKNK irringrazzjat pubblikament lill-parteċipanti kollha, lill-Kumitat Organizzattiv, lill-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattivi (KRPE), lill-Klabb Klieb tal-Kaċċa ta’ Malta, lill-Malta Canine Society, lis-sponsor ewlieni FARMINA Malta, kif ukoll lid-diversi voluntiera u ħaddiema fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura li kienu strumentali biex tittella’ l-akbar edizzjoni tal-Wirja tal-Klieb fl-Imnarja.