Futbol Sport

Difensur ċentrali Serb b’esperjenza fl-ogħla livell ta’ futbol fil-Maċedonja, jitħabbar bħala akkwist ta’ Valletta FC

Sava Radić
Sava Radić

Valletta FC komplew iħabbru aktar ismijiet ta’ plejers ġodda, hekk kif dalgħodu l-paġna soċjali tal-klabb, żvelaw l-isem tad-difensur Serb, Sava Radić bħala akkwist ieħor mill-Beltin.

Radić, li għandu 27 sena, u lagħab mat-timijiet nazzjonali taż-żgħar tas-Serbja, kapaċi jilgħab f’kull possizzjoni fid-difiża, iżda l-posizzjoni preferita tiegħu hi dik ta’ difensur ċentrali.

Fl-aħħar erba’ staġuni, Radić kien qed jilgħab regolari ma’ Struga Trim & Lum, klabb fil-Prva Makedonska Fudbalska Liga, li hi l-ogħla diviżjoni tal-futbol fil-Maċedonja.

Radić, lagħab ‘il fuq minn logħba f’dan il-Kampjonat, waqt li għandu esperjenza ta’ numru kbir ta’ partiti li l-akkwist il-ġdid ta’ Valletta lagħab fil-Prva liga Srbije; it-tieni livell ta’ futbol fis-Serbja.

Ma’ Struga Trim & Lum tal-Maċedonja, f’dawn l-aħħar snin hu lagħab 12-il darba f’kompetizzjonijiet għall-klabbs Ewropej. Radić rebaħ ukoll il-Kampjonat Maċedonjan darbtejn fil-karriera tiegħu.

Is-CV ta’ Radić hi waħda interessanti ferm, hu probabilment tagħmlu l-aktar plejer interessanti mill-barranin ġodda għall-futbol Malti li Valletta ħabbru s’issa.