Daħlet fis-seħħ bidla fil-liġi li tirrikjedi l-ingaġġ tan-nisa Daniżi għal 11-il xahar ta’ lieva (servizz militari) ladarba jkunu għalqu t-18-il sena.
U skont ir-regoli ġodda adottati mill-Parlament f’Kopenhagen, it-tfajliet, minn issa, qed jissieħbu mal-irġiel Daniżi adolexxenti li huma eliġibbli għal-lieva. Sejħa li għandha tkun determinata permezz ta’ sistema simili għal ‘lotterija’.
Il-bidla fil-liġi hi riżultat inevitabbli tat-tħassib, fost il-pajjiżi tan-NATO (li d-Danimarka tifforma parti minnha), dwar l-isfidi għas-sigurtà għall-Ewropa. Dan ukoll fid-dawl tal-gwerra tal-Ukrajna li ilha għaddejja minn Frar tal-2022.
Qabel għaddiet il-liġi, in-nisa Daniżi ta’ 18-il sena u aktar setgħu jipparteċipaw biss fis-servizzi militari fuq bażi volontarja.
Intant, is-sistema ġdida tal-lieva tesiġi biex il-voluntiera jkollhom l-‘ewwel preferenza’ għal reklutaġġ – u bin-nies l-oħra eliġibbli għal-lieva jkunu suġġetti għal dik imsejħa ‘lotterija’.
Il-bidla fil-liġi tesiġi wkoll biex il-perjodu tal-lieva għall-adolexxenti tiżdied minn erba’ xhur għal 11-il xahar.
Dan ukoll meta d-Denimarka qed issegwi l-eżempju tal-Iżvezja u n-Norveġja (bħala pajjiżi Skandinavi) li wkoll, fis-snin riċenti, daħħlu forom ta’ lieva ‘aktar intensivi’ għan-nisa.
//= $special ?>