Bayern Leverkusen akkwistaw lid-difensur ċentrali Ingliż ta’ 22 sena, Jarell Quansah, mingħand Liverpool għas-somma ta’ £35 miljun.
Quansah iffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-klabb Ġermaniż, jiem biss wara li l-plejer kien parti mit-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena, għeleb lill-Ġermanja, fil-finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ din il-kategorija.
Interessanti l-fatt li dan it-trasferiment jimmarka t-tielet ftehim milħuq bejn iż-żewġ klabbs rispettivi, Liverpool u Bayern Leverkusen, matul din it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Fil-jiem li għaddew, iċ-champions Ingliżi ffirmaw lill-midfielder Florian Wirtz u lid-difensur Jeremie Frimpong.
Staġun ilu, Newcastle United kienu interessati fl-akkwist ta’ Quansah, f’trasferiment li kien se jinkludi lill-winger Anthony Gordon, li minn ma’ The Magpies kien jingħaqad ma’ Liverpool, madankollu dan it-trasferiment kien sfaxxa wara li Liverpool kienu rrifjutaw il-proposta.
//= $special ?>