Il-Malta Blackball Federation kellhom il-laqgħa ġenerali annwali fejn fl-aġenda kien hemm inkluż l-elezzjoni għall-membri tal-kumitat il-ġdid.
Philip Gatt żamm il-kariga ta’ President bil-membri li tawh fiduċja assoluta f’dan ir-rwol. Is-Segretarju Ġenerali se jkun Ephraim Calleja filwaqt li Clint Azzopardi ġie maħtur bħala t-Teżorier. Michel Curmi żamm ir-rwol ta’ uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi filwaqt li l-membri tal-kumitat se jkunu Alessio Magro, Christopher Busuttil, Edmund Curmi, Glenn Axiaq, Mario Spiteri, Reuben Xuereb, Teemor Mifsud, Clayton Castaldi, Donna Bugeja, Kevin Schembri u Lee Ryan Darmanin.
Dawn il-membri se jkunu qed iservu għas-sentejn li ġejjin bil-Malta Blackball Federation li qed tkompli tiġġedded dejjem aktar.
