Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li ż-żgħażagħ għanduhom ikunu parteċipi fid-djalogu soċjali.
Claudette Buttigieg qalet li l-liġi li tirregola l-MCESD għandha l-pedamenti tagħha fl-1988 bit-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku. Hi tkellmet fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u appellat biex l-Oppożizzjoni tkun osservatur fl-MCESD.
Dwar it-titjib fid-deċiżjonijiet, Caludette Buttigieg semmiet ir-rwol importanti tal-parlament fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ li issa qed jivvutaw ta’ 16-il sena. Minkejja dan il-vot 16, fis-sistema edukattiva ż-żgħażagħ m’humiex jiddibattu.
Claudette Buttigieg qalet li f’dan il-kuntest, iż-żgħażagħ iridu jistudjaw il-ħsieb kritiku; suġġett li ż-żgħażgħ qed isibuh diffiċli. Kritika oħra li d-deputat Nazzjonalista għamlet kienet dwar in-nuqqas ta’ ħassieba. Ħafna akkademiċi mhumiex iħossuhom komdi li jersqu lejn il-politika, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li ż-żgħażagħ iridu jisru għatxana għall-parteċipazzjoni f’dan il-proċess. Jekk dan il-forum jinstab, ikun ta’ benefiċċju għas-soċjetà.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ż-żgħażagħ Għawdxin ukoll għandhom jipparteċipaw f’dan il-proċess. L-imsieħba soċjali m’humiex kuntenti bil-mod kif se jingħażel il-Kap Eżekuttiv tal-MCESD u għalhekk għandu jinstab metodu li jkun maqbul bejn il-partijiet kollha. Hi appellat biex l-għażla tun tinvolvi lill-istess imsieħba soċjali u biex il-unit tar-riċerka tkun iċċarata.
Claudette Buttigieg kompliet li dan hu unit importanti u fiha għandha tkun involuta l-Univeristà u l-MCAST. Hi qalet li l-MCESD għandu jsib l-opportunità li jiddiskuti d-droga għaliex din qed ikollha riperkussjonijet fuq il-ħaddiema u fuq ix-xogħol li huma jwettqu partikoalrmen f’ċertu xogħlijiet.
Claudette Buttigieg qalet li l-gvern għandu jiddistakka mill-għażla ta’ Kap Eżekuttiv tal-MCESD u apellat biex ikun hemm tagħlim u taħriġ tal-apsetti bażiċi liż-żgħażagħ fis-setturi tant importanti fosthom l-ambjent, l-ekonomija u l-iskart. Jeħtieġ tisħiħ tad-djalogu soċjali, appellat Claudette Buttigieg, li appellat ukoll għal iktar diskussjoni biex ikun hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
//= $special ?>