Fl-1 ta’ Lulju, Chargé d’Affaires Ken Toko ta’ merħba lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, dinjitarji Maltin, rappreżentanti diplomatiċi, u msieħba tal-Ambaxxata biex jiċċelebraw l-249 anniversarju mill-indipendenza tal-Istati Uniti tal-Amerika.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena tħaddan it-tema ta’ Route 66 – l-awtostrada Amerikana ikonika li tissimbolizza l-libertà, ir-riġenerazzjoni, u l- interkonnessjoni tagħna. It-tema serviet bħala riflessjoni tal-vjaġġ twil u li qed dejjem jevolvi tar-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u Malta, ibbażata fuq ir-rispett reċiproku u l-interessi komuni.
Fid-diskors tiegħu, Chargé Toko afferma mill-ġdid is-sħubija b’saħħitha u dejjiema bejn l-Istati Uniti u Malta, u faħħar it-tmexxija ta’ Malta fl-isfidi globali u l-kontribuzzjonijiet reċenti tagħha fl-OSCE u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Huwa enfasizza wkoll il-kooperazzjoni dejjem tikber fl-infurzar tal-liġi, it-taħriġ fid-difiża, u r-relazzjonijiet kummerċjali, u nnota li l-investiment kumulattiv tal-Istati Uniti f’Malta qabeż il-5 biljun dollaru.
L-Eċċellenza Tagħha l-President Spiteri Debono esprimiet ir-rikonoxximent tagħha għall-progress li sar fil-kooperazzjoni bilaterali matul is-sena li għaddiet u enfasizzat l-impenn komuni taż-żewġ gvernijiet biex jindirizzaw l-isfidi globali tal-lum.
Il-lejla kienet tinkludi innijiet nazzjonali interpretati minn l-Ambaxxatur Culturali Malti it-tenur Joseph Calleja, gwardja konġunta tal-kulur ippreżentata mill-Marine Security Guard tal-Istati Uniti u l-Forzi Armati ta’ Malta, u divertiment mużikali mill-banda Maltija Klinsmann.
Chargé Toko għamel toast għas-saħħa tal-poplu Malti u l-ħbiberija dejjiema bejn Malta u l-Istati Uniti. “Hekk kif inħarsu ‘l quddiem lejn għeluq il-250 anniversarju tal-Amerika s-sena d-dieħla,” qal Chargé Toko, “nagħmlu dan konvinti li Malta se tkompli tkun waħda mill-eqreb u l-aktar fdati msieħba tagħna.”
//= $special ?>