Il-Kampjonat Coppa Italia Zona 7 tal-karting kompla fil-Pista Sole Luna, f’Vittoria, fi Sqallija. Kimi Bugeja baqa’ fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali tal-kategorija Mini GR3 Taħt l-10 snin. F’Pista Sole Luna, Kimi Bugeja wara li kiseb il-pole position, temm fl-ewwel post fil-pre-final u eventwalment għall-ħames darba konsekuttiv minn daqstant provi, ħareġ rebbieħ fejn għamel ukoll l-aktar lap veloci.
Yan Camilleri kien pass ‘il bogħod mill-podium wara li temm fir-raba’ post. F’din il-kategorija kkompetew 17-il sewwieq. Zara Vella Gauci temmet fil-5 post qabel Julian Wayne Vella li temm fis-sitt post. Ikkompetew ukoll Andrei Fenech u Lydon Fenech li temmew fit-13 u 15 il-post rispettivament.
Fil-kategorija OKN Junior, Zane Pace kellu prestazzjoni mill-aqwa meta temm fit-tielet post fost 13 il-parteċipant filwaqt li Eli Xuereb temm fit-tmien post.
Fil-kategoija OKN Senior, Timothy Zarb temm fl-10 post filwaqt li Claude Brincat fil-Klassi KZN Rookie temm fis-sitt post fost 12 il-sewwieqa.
//= $special ?>