Lokali

Serqa tard bil-lejl f’Tas-Sliema – żewġt irġiel armati għadhom ma nqabdux

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara hold-up li seħħ kmieni dalgħodu f’ħanut fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, meta żewġt irġiel allegatament armati b’sikkina, daħlu fl-istabbiliment u talbu l-flus mingħand il-kaxxier, raġel ta’ 25 sena min-Nepal.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti u xi oġġetti oħra. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija għas-suspettati.