Il-President Amerikan Donald Trump qal li Iżrael aċċetta l-kundizzjonijiet meħtieġa għal waqfien ta’ ġlied ta’ 60 jum f’Gaża u ħeġġeġ lill-Ħamas biex jaċċettaw l-offerta qabel is-sitwazzjoni tkompli tiggrava.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Trump żvela li l-membri tat-tim tiegħu kellhom laqgħa “fit-tul u produttiva” mal-awtoritajiet Iżraeljani dwar Gaza. Huwa sostna li Iżrael aċċetta l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-waqfa ta’ 60 jum issir realtà.
Dan il-pass qed isir ġimgħa qabel ma Trump jilqa’ lill-Prim Ministru Benjamin Netanyahu fil-White House… fi żmien delikat immens għall-Iżrael u l-Palestina, hekk kif it-tbatija f’Gaza kompliet teskala b’mod drammatiku f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Trump qed iżid il-pressjoni kemm fuq il-gvern Iżraeljan kif ukoll fuq il-mexxejja tal-Ħamas sabiex jilħqu ftehim mhux biss fuq waqfa temporanja mill-ġlied, iżda wkoll fuq rilaxx ta’ ostaġġi u kundizzjonijiet għall-paċi fit-tul.
Bħalissa għadu mhux magħruf jekk il-Ħamas hux ser jaċċetta l-ftehim.
//= $special ?>