SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……. 17
NEPTUNES BEST GYMS………… 10
(5-2), (4-3), (5-3), (3-2)
Prestazzjoni eċċellenti. Hekk niddeskrivi l-wirja ta’ San Ġiljan MAA Daikin fir-rebħa kbira li kellhom kontra Neptunes Best Gyms li biha laħqu lil Sliema fil-quċċata. Il-Ġiljaniżi kienu tattikament aħjar, żammew lil Neptunes bogħod mil-lasta u meta xxuttjaw sabu lil Jake Tanti fl-aqwa forma. Kollettivament kienu aħjar inkluż il-captain Matthew Zammit li rritorna.
Neptunes iddiżappuntaw hekk kif ma kinux fl-istess forma tal-logħbiet li lagħbu sa issa f’dan is-sajf. Il-gowlkiper Matthew Castillo ma kellux prestazzjoni tajba fil-lasta iżda Neptunes kienu neqsin mill-grinta neċessarja f’dawn il-logħbiet. Fis-centre ma kinux effettivi u Gergo Zalanki kien imrażżan tajjeb.
Il-vantaġġ ta’ San Ġiljan beda jinbena mill-ewwel bi tliet gowls u żdied għal 5-1. Neptunes naqqsu d-distakk għal 6-3 fil-bidu tat-tieni sessjoni sakemm San Ġiljan skorjaw tliet gowls oħra għal 9-3 bi tliet minuti għal tmiem is-sessjoni. Stevie Camilleri naqqas id-distakk b’doppjetta iżda Neptunes ma bnewx fuq dawn il-gowls fit-tielet sessjoni.
Huma baqgħu jiġru wara l-avversarji u qatt ma naqqsu d-distakk anqas minn tliet gowls. It-tim ta’ Giorgos Katsaounis skorja tliet gowls konsekuttivi fit-tieni parti tas-sessjoni u aċċertaw mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 14-8. Il-Ġiljaniżi kkontrollaw fl-aħħar sessjoni mingħajr ma naqqsu r-ritmu.
San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), M. Zammit (3), J. Bonavia, B. Plumpton (5), J. Abela (1), N. Zammit (2), D. Zammit (2), N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (2), G. Zalanki (2), L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta (1), S. Camilleri (4), M. Castillo, B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech (1), M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia
Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano
SIRENS BUILD FITNESS……… 13
EXILES WELBEE’S………………… 11
(4-4), (5-2), (3-2), (1-3)
Sirens Build Fitness kisbu l-ewwel punti fil-kampjonat imma mhux qabel kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Exiles Welbee’s. Minkejja r-rebħa, il-prestazzjoni ma kinitx mill-aqwa u jidher li anki hemm nuqqas ta’ kunfidenza fit-tim. Exiles fuq in-naħa l-oħra, komplew itejbu l-prestazzjoni u għal ħafna ħin lagħbu daqs l-avversarji.
Wara li Exiles kienu rkupraw żvantaġġ ta’ 3-1 u temmew l-ewwel sessjoni 4-4, Sirens ħadu vantaġġ doppju fil-bidu tat-tieni sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal 8-5 lejn tmiem is-sessjoni u wara li Konstantin Averka naqqas id-distakk, Nicolas Bicari wieġeb immedjatament.
Exiles saħansitra resqu gowl bogħod fit-tielet sessjoni iżda bi tliet gowls konsekuttivi fl-aħħar tliet minuti u nofs, Sirens wessgħu d-distakk għal 12-8. Minkejja d-distakk, Exiles baqgħu fil-logħba sal-aħħar iżda r-reazzjoni waslet tard wisq biex jevitaw it-telfa.
Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari (4), P. Borg, J. Cachia (3), K. Agius (1), M. Ortoleva, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (1), M. Sciberras (1), N. Rafailovic, G. Farrugia (1), M. Bonello DuPuis, G. Pace (1)
Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt (1), Z. Micallef (1), D. Pace Lupi (1), T. Agius, M. Martellacci, M. Fenech (1), K. Griscti (2), K. Averka (3), K. Tanti, K. Navarro, D. Zahra (2), G. Galea Curmi, L. Hyzler
Referees: Ronnie Spiteri, Michele Campora
Kif Jinsabu
Kampjonat Premier
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Sliema | 3 | 3 | 0 | 0 | 60 | 33 | 9 |
San Ġiljan | 3 | 3 | 0 | 0 | 45 | 34 | 9 |
Neptunes | 3 | 2 | 0 | 1 | 43 | 35 | 6 |
Sirens | 3 | 1 | 0 | 2 | 32 | 48 | 3 |
Exiles | 3 | 0 | 0 | 3 | 31 | 45 | 0 |
Valletta | 3 | 0 | 0 | 3 | 36 | 52 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju: Exiles v Valletta 8.30pm
Is-Sibt 5 ta’ Lulju: Sirens v San Ġiljan 6.45pm, Neptunes v Sliema 8.00pm
BOV KAMPJONAT I DIVIŻJONI
MARSAXLOKK MFF…………….. 18
MARSASKALA OPTIMA……… 14
(5-3), (7-4), (5-3), (1-4)
Marsaxlokk MFF telgħu waħedhom fil-quċċata b’rebħa meritata. Ix-Xlukkajri dejjem kienu fil-vantaġġ u żiedu d-distakk gradwalment. Sa nofs l-ewwel sessjoni kienu diġà 4-1 iżda sal-ewwel mumenti tat-tieni sessjoni l-vantaġġ niżel għal 6-5.
Iżda Marsaxlokk wieġbu billi l-ewwel kabbru l-vantaġġ għal 9-6 u 12-7 sa tmiem is-sessjoni. Il-vantaġġ tagħhom kompla jikber għal 16-7 u minn hemm komplew jikkontrollaw. L-uniku konsolazzjoni għal Marsaskala kienet li rnexxielhom inaqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni.
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), N. Bogdanovic (7), A. Aquilina (1), L. Montebello Brownrigg, S. Mifsud (1), J. Pawley, R. Galea (2), J. Borg Tabone (2), A. Fava (2), A. Cook (2), J. Micallef, B. Lewis, R. Spiteri
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), T. Fenech, J. Pace Mizzi (3), J. Simpson, R. Greco (2), C. Harrison, G. Kovacs (5), K. Grech, G. Sammut, M. Curmi, T. Camilleri (2), L. Gatt, N. Rizzo (1)
Referees: Alex de Raffaele, Fabio Brasiliano
L-Ewwel Diviżjoni
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Marsaxlokk | 3 | 3 | 0 | 0 | 55 | 40 | 9 |
Marsaskala | 3 | 2 | 0 | 1 | 45 | 46 | 6 |
Ta’ Xbiex | 3 | 1 | 1 | 1 | 36 | 35 | 5 |
Otters | 3 | 1 | 1 | 1 | 44 | 43 | 4 |
Birżebbuġa | 3 | 1 | 0 | 2 | 46 | 39 | 3 |
Barracudas | 3 | 0 | 0 | 3 | 31 | 54 | 0 |
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju: Otters v Barracudas 6.00pm, Marsaskala v Birżebbuġa 7.15pm
Is-Sibt 5 ta’ Lulju: Ta’ Xbiex v Marsaxlokk 5.30pm
//= $special ?>