Futbol Sport

Żabbar St Patrick jiffirmaw lil ħu l-akkwist il-ġdid ta’ Burnley, Loum Tchaouna

Haroun Tchaouna
Haroun Tchaouna

Żabbar St Patrick qed ikomplu jkunu attivi f’din it-tieqa tal-kampanja akkwisti tas-sajf meta llum komplew jiżvelaw aktar ismijiet ta’ plejers ġodda. Haroun Tchaouna, attakkant internazzjonali taċ-Chad, issieħeb maż-Żabbarin wara li kien qed jilgħab l-aħħar fl-Italja ma’ Ferentino.

Haroun jiġi hu l-internazzjonali Franċiz ta’ 21 sena, Loum Tchaouna li kumbinazzjoni llum ukoll kien fl-aħbarijiet tas-suq tat-trasferimenti wara li ffirma mal-klabb Ingliż ta’ Burnley mingħand Lazio tal-Italja.

Haroun Tchaouna, l-akkwist il-ġdid ta’ Żabbar St Patrick, hu akbar minn ħuħ, hekk kif f’Mejju għalaq 25 sena.

Haroun Tchaouna diġa’ lagħab erba’ darbiet mat-tim nazzjonali taċ-Chad li jifforma parti mil-Konfederazzjoni tal-fubol Afrikana. Chad hu pajjiż li ġeografikament jinsab lejn in-naħa t’isfel tal-kontinent tal-Afrika, u għandu popolazzjoni ta’ 19-il miljun persuna.

Attwalment it-tim nazzjonali taċ-Chad jinsab fil-177 post fir-rankings tal-FIFA. Malta għandha ranking aħjar minn Chad, hekk kif attwalment it-tim nazzjonali ta’ pajjiżna jinsab fil-169 post fir-rankings tal-FIFA.