Żagħżugħ ta’ 22 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma’ ħajt f’Għajnsielem, Għawdex.
L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tad-9:15pm fi Triq Borġ, fl-Għarib.
Il-vittma, ta’ nazzjonalità Albaniża li jgħix iż-Żebbuġ, Għawdex, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem
