F’ħafna bliet Taljani, it-temperaturi llum se jkunu qed jaqbżu l-40 grad. Dan hekk kif hemm tħassib serju dwar l-effetti li qed iħalli dan it-temp estrem.
Fil-fatt, matul il-jum, iddaħħlu fis-seħħ mal-20 twissija f’zoni varji tal-penisola Taljana.
Din is-sħana tremenda ħalliet erba’ vittmi tul il-jum tal-bieraħ – tnejn minnhom f’Sardegna. Iż-żewġ persuni l-oħra mietu fil-Liguria u fil-Lombardia, fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.
Qed ikun rappurtat ukoll li fi Franza, tifla ta’ 10 snin mietet b’attakk tal-qalb kaġun tas-sħana.
Dawn it-temperaturi rekord qed iħallu kważi l-Ewropa kollha bla nifs, bis-sħana taffettwa wkoll diversi zoni ta’ Sqallija.
F’pajjiżna wkoll mistennija tkompli tikkarga s-sħana fil-jiem li ġejjin, tant li s-Sibt qed ikun imbassar li t-temperatura massima se tinħass 39 grad Celcius.
//= $special ?>