Futbol Sport

“Dan kollu ma jagħmilx sens,” jgħid Cristiano Ronaldo wara l-aħbar tal-mewta traġika ta’ Diogo Jota u ħuħ

Diogo Jota flimkien ma' Cristiano Ronaldo
Diogo Jota flimkien ma' Cristiano Ronaldo

Mal-aħbar traġika li l-internazzjonali Portugiż, li jilgħab ma’ Liverpool, Diogo Jota tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku fi Spanja, id-dinja tal-futbol, bdiet issellem u tfakkar il-memorja sabiħa tal-attakkant ta’ 28 sena.

Fost dawk li tkelmu fuq il-midja soċjali, kien hem mil-captain tat-tim nazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, li qal “se nimmissjawk ilkoll.”

L-istilla ta’ Liverpool u tat-tim nazzjonali ta;’ pajjiżu, tilef ħajtu flimkien ma’ ħuħ, Andrè Silva meta l-vettura tagħhom tilfet il-kontrol minn il-highway, wara li wieħed mit-tyres tal-vettura sploda, u mal-impatt, il-Lamborghini ħadet in-nar b’konsegwenza li t-tnejn li huma tilfu ħajjithom. L-inċident seħħ ftit wara nofsillejl fil-komun ta’ Cernadilla fil-provinċja ta’ Zamora fi Spanja.

 “Dan kollu ma jagħmilx sens. Konna flimkien mat-tim nazzjonali (b’referenza għar-rebħ tal-UEFA Nations League, ix-xahar li għadda) u kont għadek kif iżżewwiġt,” kiteb fuq il-pjattforma soċjali X, Ronaldo.

“Nixtieq nibgħat il-kondoljanzi tiegħi lill-familja tiegħek, lil martek, u lil uliedek, u nawguralhom is-saħħa kollha fid-dinja. Naf li dejjem se tkun magħhom. Strieħu fil-paċi, Diogo u Andre. Ilkoll se nħossu n-nuqqas tiegħek.”