Il-media Taljana għadha qed issegwi l-istorja ta’ Francis Kaufmann – ir-raġel li kien telaq minn Malta lejn l-Italja, bil-ħolma li jipproduci film għaċ-ċinema. Tant li saħansitra kien applika għal fond ta’ 800,000 ewro mill-Gvern Taljan.
Issa, l-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw kif Kaufmann irnexxielu jakkwista dawn il-flus għall-proġett tiegħu intitolat “Stilel ta’ bil-lejl”.
Preżentament, hemm dokumenti li għadhom qed jiġu analizzati mill-investigaturi.
Francis Kaufmann…li kien iltaqa’ mas-sieħba tiegħu propju f’pajjiżna…qed ikun akkużat bil-qtil ta’ bintu Andromeda, li kellha sena, u tar-Russa Anastasia Trofimova.
Meta kienu Malta, il-koppja kienet toqgħod f’appartement f’Marsaskala.
Ir-raġel, issa, mistenni jiġi estradit lejn l-Italja. Dan wara li x-xahar li għadda kien ġie arrestat fil-Greċja
//= $special ?>