Internazzjonali Transport Turiżmu

Eluf ta’ titjiriet tħassru minħabba strajk mill-kontrolluri tal-ajru fi Franza

Eluf ta’ passiġġieri qed jiġu affettwati minn strike tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru mil-Erbgħa sal-Ħamis.

Apparti titjiriet minn u lejn Franza, qed jiġu affettwati wkoll vjaġġi minn fuq l-ispazju tal-ajru Franċiż.

Ir-Ryanair iddikjaraw li kellhom iħassru mill-inqas 170 titjira, u sfortunatament affetwaw il-pjanijiet ta’ madwar 30,000 passiġġier.

It-tħarbit tal-iskeda għandu jeskala l-Ġimgħa, b’40% tat-titjiriet minn Pariġi kkanċellati minħabba d-diżordni li ħoloq dan l-istrike.

Il-Ministru tat-Transport Philippe Tarabot esprima frustrazzjoni lejn il-ħaddiema li ddeċidew li jirribellaw f’dan iż-żmien tant kruċjali għas-settur tat-turiżmu.